Spazju miftuħ b’aktar minn 2,200 siġra mħawla f’Birżebbuġa – One News

Notifiki

Spazju miftuħ b’aktar minn 2,200 siġra mħawla f’Birżebbuġa

Permezz ta’ Parks Malta mas-60,000 metru kwadru ta’ spazju miftuħ ser jingħata lura lill-pubbliku fi proġett ta’ park tal-familja f’Bengħajsa.

Fl-ewwel fażi ta’ dan il-park f’Birżebbuġa tħawlu aktar minn 2,200 siġra u arbuxell indiġena, il-maġġorparti minn Infrastruttura Malta.

It-tieni fażi tal-proġett ser tkun tara passaġġi u żoni miftuħa inkluż żona għall-kkampjar li ser ikun komplut b’aċċess sigur għal kull min jagħmel użu minnu kif ukoll attrezzat b’għamara tal-ġonna u latrini.

Intant it-tielet u l-aħħar fażi ser tiskatta wara l-ftuħ ta’ dan il-park u ser tkun qed tikkonsisti f’konservazzjoni ta’ bunker ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija li jinsab fil-post.

Waqt żjara fuq il-post mill-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli u l-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg, Farrugia Portelli tenniet li dan il-gvern għażel li din l-art titgawda mill-familji fin-Nofsinhar ta’ Malta, għall-kuntrarju tad-deċiżjoni fl-2,010 taħt amministrazzjoni oħra.

Il-Ministru Farrugia Portelli stqarret: “B’kollox ser naraw medda ta’ 60,000 metru kwadru li minflok attività li kienet ippjanata għaxar snin ilu ġifieri li l-Port Ħieles ikompli jkabbar lejn din iż-żona. Din l-art ser tingħata lill-pubbliku Malti u Għawdxi fti tliet fażijiet differenti.”

Sostniet li dan il-park jissepara l-operat tal-Port Ħieles miż-żoni residenzjali u għaldaqstant dan itaffi l-impatt li jġib miegħu.

Il-Ministru Ian Borg spjega li s-sena l-oħra ġew mħawwla aktar minn 8,700 siġra f’erbgħin post differenti. Filwaqt li għal din is-sena, s’issa diġà tħawwlu 4,130 siġra u madwar 3,000 arbuxxell f’diversi postijiet differenti

Huwa spjega: “Hawnhekk elfejn u mitejn siġra f’din l-ewwel fażi f’Birżebbuġa u madwar tnax -il elf oħra diġa tħawwlu fil-pajjiż. U din hija entità li twaqqfet biss sena u nofs ilu u għandha responsabilità li tagħmel l-ikbar proġetti infrastrutturali ta’ pajjiżna b’€700 miljun biex tibdel l-wiċċ tat-toroq ta’ pajjiżna kollha kemm huma.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend