Id-Dexamethasone tista’ tgħin tista’ lill-pazjenti morda bil-Coronavirus – One News

Notifiki

Id-Dexamethasone tista’ tgħin tista’ lill-pazjenti morda bil-Coronavirus

Mediċina rħisa u disponibbli fis-suq imsejħa dexamethasone tista’ tgħin biex issalva l-ħajja ta’ pazjenti li huma serjament milquta mill-Coronavirus.

L-aġenzija tal-aħbarijiet BBC qed tirraporta li skont l-esperti Ingliżi, it-trattament b’din il-mediċina huwa s-soluzzjoni li x-xjentisti kienu qed ifittxu biex tinstab kura għall-COVID-19.

Mill-istudji li saru sa issa, din il-mediċina tnaqqas ir-riskju ta’ mewt b’terz għall-pazjenti fuq ventilatur, u b’20% għal dawk li jkunu fuq l-ossiġnu.

Din il-mediċina diġà qed tintuża biex titnaqqas l-infjammazzjoni f’pazjenti b’kundizzjonijiet oħra, u jidher li twaqqaf ftit mill-ħsara li jsir fl-intern tal-pazjenti bil-Coronavirus.

Riċerkaturi jistmaw li, li kieku d-droga kienet disponibbli fir-Renju Unit mill-bidu tal-pandemija, setgħet salvat sa ħamest elef ħajja.

Fid-dawl li hija rħisa, tista’ tkun ta’ benefiċċju kbir ukoll għal pajjiżi foqra li qed jitħabtu ma’ numri kbar ta’ infezzjonijiet tal-COVID-19.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend