BIL-FILMAT: Chris Cardona se jkun qed jirriżenja minn Deputat Mexxej – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Chris Cardona se jkun qed jirriżenja minn Deputat Mexxej

Fil-ħin li ġej Chris Cardona se jkun qed jagħti r-riżenja tiegħu minn Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-partit, tal-Partit Laburista.

Dan sostnieh il-Prim Ministru Robert Abela fuq it-taraġ ta’ Kastilja mal-ġurnalist tal-Maltatoday.

Il-Prim Ministru qal, “F’dawn l-aħħar sigħat ikkomunikajt ma’ Chris Cardona u wrejtu x-xewqa tiegħi li ma jibqax jokkupa l-kariga u fil-ħin li ġej se jkun qed joffri r-riżenja tiegħu u għaldaqstant minn hemmhekk jibda proċess biex jinħatar Deputat Mexxej ġdid għall-affarijiet tal-partit tal-Partit Laburista.”

Il-Prim Ministru qal li Chris Cardona qatt ma kien jifforma parti minn Gvern immexxi minnu u minn Jannar sal-lum ma kienx Ministru u sussegwentament irriżenja minn membru parlamentari.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar kif il-pulizija qed tressaq il-provi u tinvestiga.

Qal li dan huwa mod kif l-istituzzjonijiet mingħajr indħil tal-Gvern u qed iħares ‘il quddiem lejn il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija ġdid li jkompli bi kwanlunkwe investigazzjoni.

“Ma rridx nitkellem iżjed fuq investigazzjonijiet li ma jispiċċaw qatt iżda investigazzjonijiet li jiġu segwiti bi prosekuzzjonijiet, b’deċiżjonijiet tal-Qrati u fejn hemm lok ta’ sejbien ta’ ħtija din issir mingħajr ma nħarsu lejn uċuh”, temm jirrimarka l-Prim Ministru.

Filmat: MT

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend