Pjan biex is-sit tal-Jerma finalment jiġi riġenerat – One News

Notifiki

Pjan biex is-sit tal-Jerma finalment jiġi riġenerat

L-awtorità tal-ippjanar ħejjiet dokument għal żvilupp għas-sit li ilu fi stat t’abbandun, f’dik li kienet il-lukanda Jerma, f’Wied il-Għajn.

Fid-dokument hemm miktub li l-iżvilupp li se jsir niżel għal 65,000 metru kwadru.

Fi kliem il-Perit Joseph Scalpello, mill-Awtorità għall-Ippjanar, is-sit f’Wied il-Għajn għadu jrid jgħaddi minn riġenerazzjoni biex jiġbed lejh turisti ta’ kwalità.

Il-pjan ta’ żvilupp huwa mqassam fi pjan komprensiv t’akkomodazzjoni turistika, żona residenzjali u anki ħwienet fost oħrajn.

  • Akkomodazzjoni turistika: 33,000 metru kwadru
  • Żona residenzjali: 26,000 metru kwadru
  • Ristoranti u stabbilimenti tax-xorb: 4,200 metru kwadru
  • Ħwienet oħra: 1,800 metru kwadru

L-iżvilupp propost jgħid ukoll li għandu jkun hemm pjazzetta bi spazju miftuħ għall-pubbliku filwaqt li t-torri ta’ San Tumas, mibni mill-Granmastru Alof de Wignacourt jibqa’ jidher mill-baħar.

Intqal li bini 32 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar jista’ jiġi kkunsidrat.

L-awtorità tal-ippjanar qalet li dan id-dokument li jsir qabel tidħol applikazzjoni għal żvilupp huwa miftuħ għall-konsultazzjoni sad-29 ta’ Lulju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend