Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2020 – One News

Notifiki

Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2020

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fetaħ l-applikazzjonijiet għat-tieni edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef.

Dan il-konkors tnieda s-sena l-oħra u huwa mmirat biex issaħħaħ il-livell tal-kitba poetika f’pajjiżna u biex jiċċelebra l-poeżija miktuba bil-Malti.

Il-ġurija ta’ dan il-konkors tinħatar kull sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Hija se tevalwa kull poeżija b’mod anonimu u skont diversi kriterji li jassiguraw l-awentiċità, l-immaġinazzjoni, id-distintività fil-vuċi u l-użu oriġinali tar-ritmu u l-figuri tat-taħdit.

Se jingħata premju lil dawk li jikklassifikaw fl-ewwel tliet postijiet. Ir-rebbieħ se jingħata €1,000 u dawk li jikklassifikaw fit-tieni u t-tielet post se jingħataw voucher li jista’ jissarraf f’xiri ta’ kotba fi ħwienet lokali.

Ir-rebbieħa se jitħabbru f’ċerimonja apposta li se tiġi organizzata waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 li se jsir bejn il-11 u 15 ta’ Novembru.

Kull parteċipant ma jistax jissottometti aktar minn poeżija waħda u trid tkun oriġinali. Dan ifisser li l-poeżija ma tridx tkun ippubblikata qabel xi mkien ieħor. Il-poeżija trid tkun bil-Malti u ma taqbiżx is-36 vers. Kull se jieħu sehem hu mitlub jaqra r-regolamenti tal-Konkors, li jinsabu fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

L-applikazzjoni mimlija b’mod sħiħ trid tinbagħat bil-posta flimkien ma’ erba’ kopji tal-poeżija sottomessa, li trid tkun iffirmata bi psewdonimu. L-applikazzjoni u l-poeżija jridu jintbagħtu bil-posta fuq dan l-indirizz: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Ċentrali Pubblika, Triq Prof. Joseph J. Mangion, il-Furjana, FRN1800 sa mhux aktar tard mit-Tnejn 24 t’Awwissu 2020 f’nofsinhar.

Wieħed għandu jibgħat ukoll koppja tal-applikazzjoni li tkun iffirmata u skenjnjata u tintbagħat b’imejl.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lil Andrew Ricca fuq: [email protected]

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend