Il-perjodu tranżitorju dwar Brexit se jintemm f’Diċembru li ġej – One News

Notifiki

Il-perjodu tranżitorju dwar Brexit se jintemm f’Diċembru li ġej

Il-perjodu tranżitorju għal Brexit se jintemm fl-aħħar ta’ din is-sena. Dan kien deċiż wara laqgħa bejn il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Charles Michel, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, u l-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli.

Id-diskussjonijiet dwar Brexit mistennija jkomplu f’Lulju li ġej biex ikun konkluż il-ftehim kollu sa tmiem din is-sena. Il-Gvern Ingliż u l-Unjoni Ewropea qalu li se jibqgħu jaħdmu għal relazzjoni tajba bejniethom fl-aħjar interess taċ-ċittadini. Qalu li huma kommessi wkoll li l-ftehim tal-ħruġ ikun implimentat b’mod sħiħ u fi żmien xieraq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend