Il-Eurovision tas-sena d-dieħla għat-22 ta’ Mejju – One News

Notifiki

Il-Eurovision tas-sena d-dieħla għat-22 ta’ Mejju

Il-finali tal-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla se jkun qed isir is-Sibt 22 ta’ Mejju 2021.

L-edizzjoni tas-sena d-dieħla se tkun qed issir f’Rotterdam fl-Olanda wara li din is-sena dan l-avveniment tħassar minħabba l-imxija.

L-ewwel semi-finali tal-Eurovision se jkun qed isir it-Tlieta 18 ta’ Mejju u t-tieni semi-finali, il-Ħamis 20 ta’ Mejju 2021.

Ħafna mill-pajjiżi qalu li se jibagħtu l-istess artist li kellhom biex jirrappreżentahom għal din is-sena.

Fost l-oħrajn hemm Malta, li sena oħra, il-kantanta Destiny Chukunyere se tkun l-ambaxxatriċi Maltija fil-Eurovision Song Contest.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend