Żagħżugħ ta’ 23 sena arrest b’rabta ma’ pussess u traffikar ta’ droga – One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 23 sena arrest b’rabta ma’ pussess u traffikar ta’ droga

Aktar kmieni llum waranofsinhar, il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Birgu, li nstab b’ammont ta’ droga lesta biex tkun traffikata. 

Wara ġranet ta’ sorveljanza, il-Pulizija segwiet vettura li kienet qed tinstaq miż-żagħżugħ u ġiet iċċirkondata illum waranofsinhar fi Triq San Lawrenz qrib il-Monument tal-Ħelsien.

Minn tfittxija li saret fil-vettura, instab ammont konsiderevoli ta’ qratas suspettati bil-kokaina u eroina.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend