Se jitħabbru inċentivi biex in-nies jidħlu iżjed l-Belt – il-PM – One News

Notifiki

Se jitħabbru inċentivi biex in-nies jidħlu iżjed l-Belt – il-PM

F’intervista l-Ħadd, il-Prim Ministru Robert Abela qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru inċentivi biex in-nies jidħlu iżjed l-Belt.

Qal li filwaqt li hemm postijiet bħal San Ġiljan u tas-Sliema li qed ifuru, fil-Belt fadlilna ftit iżjed u għalhekk se jingħataw inċentivi anki biex jgħinu lin-negozji fil-kapitali.

Dr Abela qal li rridu niffaċilitaw id-dħul tan-nies fil-Belt, pereżempju f’dak li għandu x’jaqsam ma’ trasport.

Meta kien mistoqsi fuq il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, il-Prim Ministru qal li dan hu pjan li jistimola l-ekonomija biex tibqa’ għaddejja.

Saħaq li l-ewwel 2 pakketti ta’ għajnuna riedu jżommu l-industriji ħajjin ħalli kif tgħaddi l-pandemija dawn jaqbdu jiġru. Bit-tielet pakkett imħabbar t-Tnejn li għadda huwa intiż li jagħti l-appoġġ, jinċentiva u jippremja n-negozji u l-familji Maltin u Għawdxin.

Qal li l-Gvern kien konsiderevoli għall-bżonnijiet ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin u li ma kienx supperv. Huwa silet eżempju mir-roħs fil-prezzijiet tal-fjuwils. Semma li diversi operaturi tal-pompi tal-fjuwil xtraw il-fjuwil bi prezz ogħla, fejn il-Gvern se jkun qed jagħmel tajjeb għad-differenza fil-prezz li se jidħol minn għada.

Semma li l-Gvern mar pass ‘il quddiem minn dak li ssuġġerrixxiet l-Oppożizzjoni, hekk kif filwaqt li l-PN ippropona voucher ta’ €50 il-Gvern mar għal voucher ta’ €100 għal kull persuna li għanda iżjed minn 16-il sena.

Qal li dan il-pjan huwa l-mod ta’ kif il-Gvern jissalvagwardja l-pajjiż. 

“Aħna Gvern ta’ ruħ soċjalista u minkejja li l-baġit kien targeted b’mod speċifiku lejn diversi setturi, rajna li nieħdu ħsieb lil min hu l-iżjed batut,” sostna l-Prim Ministru.

Aqra wkoll:

Il-PM iħabbar li fis-sigħat li ġejjin se titneħħa l-emerġenza ta’ saħħa pubblika

Se jiżdiedu sitt pajjiżi li se jiftħu fl-1 ta’ Lulju

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Sal-Ħamis li għadda il-lift tal-Barrakka kien għadu magħluq. Fetaħ il-Ġimgħa iżda sat-3pm!!! U l-ferry saret kull siegħa flok kull nofs siegħa. Kif trid in-nies jidħlu l-Belt?? Il-Ħamis ħadt kedda biex tlajt mid-dwana l-antika sa kastilja bil-mixi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend