Louis Galea jgħid li l-PL għandu cancer – One News

Notifiki

Louis Galea jgħid li l-PL għandu cancer

Il-Ħadd filgħodu waqt li kellha ssir l-analiżi tal-gazzetti, l-eks Ministru Nazzjonalista u eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalisti tat-tmeninijiet, Louis Galea, qal li l-Partit Laburista għandu kankru.

“Hu partit illi għandu cancer.”

Louis Galea uża dan il-kliem iebes mhux ftit qabel ma tkellem il-Kap Adrian Delia u kien għodu qabżitlu ċ-ċinga hekk kif ilmenta li dawk li jiktbu fil-gazzetti u jitkellmu fil-midja mhux jitkellmu fuq dak li qed isir fil-Partit Nazzjonalista.

“Illi l-kummentaturi mhumiex kapaċi to rise above certain feelings u jaqbdu tema.”

Il-magħżul tal-Kap biex suppost iressaq ir-riformi fil-partit tal-maduma mhux biss attakka lil midja, għax mhux tagħti spazju għall-proposti tiegħu iżda anki kkonferma t-tbaqbiq intern li għaddej fil-Partit Nazzjonalista dwar il-proposti tiegħu, fosthom dwar l-isem il-ġdid u l-motto.

“Tbaqbaq li hemm għaddejja internament u hekk irrid niddeskriviha tbaqbaq.”

L-isem u l-motto tal-Partit Nazzjonalista qed ikun is-sors ġdid ta’ ġlied u inkwiet intern fil-partit f’tal-Pietà.

Wara laqgħa mqanqla tal-eżekuttiv, is-Sibt, spikkaw bosta kummenti ta’ anki deputati u kandidati Nazzjonalisti li wrew oppożizzjoni qawwija għas-suppost tiġdid immuntat mill-Kap Adrian Delia.

Fi stqarrija uffiċjali li ħareġ is-Sibt filgħaxija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-eżekuttiv adotta abbozz ta’ statut ġdid, biss naqas isemmi jekk sarux bidliet fl-isem u fil-motto tal-Partit Nazzjonalista.

Is-sorsi ta’ dan l-istazzjon fid-Dar Ċentrali spjegaw kif Louis Galea, li tqabbad mill-kap biex jippreżenta riformi fil-partit baqa’ jagħfas sal-aħħar fuq l-isem u l-motto l-ġdid tal-Partit iżda fl-eżekuttiv kien hemm nuqqas ta’ qbil.

Fil-fatt f’ħin minnhom kellu jqum il-Kap jintervjeni biex jikkalma s-sitwazzjoni u filwaqt li pprova jingħoġob mal-eżekuttiv, ma riedx inaffar lil Louis Galea, li beda jitlef il-paċenzja.

Deputati konservattivi bħal Edwin Vassallo kitbu biex ma ma jintmiss il-motto, religio et patria.

Oħrajn qalu li dan kollu ħela ta’ ħin.

Fil-fatt Pierre Portelli, li s-sajf li għadda rriżenja minn President tal-Kulleġġ tal-kunsilliera Nazzjonalisti kiteb fuq facebook, “Issa jċempel xi ħadd meta hemm bżonn donazzjoni, il-bqija kulħadd minsi.”

Portelli, li kien qal li rriżenja għal raġunijiet personali, qal lil partit ta’ Adrian Delia biex ma jaħlix ħin jiddiskuti fuq religio et patria, li sinċerament hemm barra bħala votant ħadd ma jinteressah.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Żmien il-balavostri jaqgħu waħidhom. Żmien li bidwi jagħtik biċċa art għax jiggustak tinnamra. Żmien l-awżiljarji. Żmien il-bombi

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend