Ir-Ramla l-Ħamra ttella’ l-bandiera blu – One News

Notifiki

Ir-Ramla l-Ħamra ttella’ l-bandiera blu

Fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra fil-gżira tat-tliet għoljiet, ittellgħet il-bandiera l-blu, hekk kif ingħata bidu għas-sajf tas-sena 2020.

Bajjiet li jtajru l-bandiera blu joffru ambjent sigur u nadif, wara testijiet regolari li jgħarfu l-kwalità tal-ilma, stazzjonijiet tal-ewwel għajnuna, servizzi għall-persuni b’diżabilità u tindif regolari.

Apparti r-Ramla l-Ħamra, l-bandiera l-blu ngħatat lil 10 bajjiet oħra din is-sena wara li laħqu 29 kriterju.

Is-Sur Kevin Fsadni, id-Direttur tal-Awtorità tal-Iżvilupp tal-Prodott stqarr: “Għaldaqstant fl-aħħar tas-sajf isir eżami ta’ dak kollu li sar u internazzjonalment jerġgħu jikkonfermaw jekk inti ħaqqekx tieħu l-blue flag. Dik hija proċess li ssir kull sena mill-ġdid.”

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li il-bandiera l-blu tippromwovi s-sostennibilità u tinċentiva l-awtoritajiet biex jimmiraw għal standards għolja.

Hu sostna: “Apparti nżommu l-livell blu flag inżommu l-ambjent tagħna, l-bajjiet tagħna nadif sabiex ikun jista jitgawda minn dawk kollha li jżuruna.”

Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-bajjiet f’Malta huma integrali għall-prodott turistiku u ġew rikonoxxuti internazzjonalment fost l-iżjed siguri fid-dinja.

“Dan huwa l-aqwa ċertifikat ta’ eċċellenza fejn jidħlu l-bajjiet u wkoll prodott aqwa għat-turist li ser ikun qed iżur il-gżejjer Maltin”, saħqet il-Ministru Portelli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend