BIL-FILMAT: Pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika biex jipproteġi lill-ħaddiema u x-xogħol – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika biex jipproteġi lill-ħaddiema u x-xogħol

Il-pakkett ekonomiku li tħabbar it-Tnejn se jgħin lil min għandu bżonn bħala katina waħda. Meta ngħinu lin-negozji qed ngħinu lill-ħaddiema u meta qed ngħinu lill-ħaddiema qed ngħinu lin-negozji. Dan apparti li  jimxi id f’id mal-għan tal-Gvern li sa mill-bidu tal-pandemija ried isalva l-impjiegi.

Dan qalu l-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela fejn f’konferenza tal-aħbarijiet spjega wħud mill-miżuri mħabbra f’aktar dettall. Fost l-oħrajn semma xi miżuri li l-familji u n-negozji se jibqgħu jgawdu minnhom anke wara Settemrbu li ġej.

“L-in-work benefit hija miżura li se tibqa’ għaddejja anke wara Settembru ta’ din is-sena. It-tnaqqis tat-taxxa tal-boll ukoll se tibqa’ fis-seħħ wara Settemrbu, u l-istess it-traħħis fil-prezz tal-petrol u tad-diesel. L-investiment fl-infrastruttura industrijali, li biex aħna nkomplu ninċentivaw ix-xogħol f’pajjiżna għandna programm għat-tmien snin li ġejjin”, spjega il-Ministru Abela.

Qal ukoll li dawn il-miżuri għandhom joħolqu opportunitajiet ġodda għal familji u n-negozji. Hawn spjega wkoll kif bil-voucher ta’ €100 li se jingħata lil kull adult fil-pajjiż, il-Gvern ħaseb biex il-poplu jkollu flus allokati apposta x’jintefqu fis-suq u f’prodotti lokali. Dan huwa qasam, qal il-Minstru, li għandu jkompli jieħu l-għajnuna li għandu bżonn mill-Gvern.

Filfatt il-Ministru semma wkoll kif “dan il-pjan jaħseb f’dan kollu biex nagħtu għajnuna tanġibbli li l-prodott lokali. Nafu kemm il-bdiewa u s-sajjieda jbatu biex ikollna prodotti lokali tajbin u ta’ kwalità li ngawduhom aħna u anke dawk li jiġu jżuruna.”

Din l-injezzjoni diretta ta’ €900 miljun fl-ekonomija saret fl-istess ħin li l-Gvern għaddej bl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali u tat-tielet baġit ta’ din l-amministrazzjoni. Dan kollu sar mingħajr mal-Gvern introduċa taxxi ġodda, u fil-proċess, salva wkoll mal-100,000 impjieg.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend