BIL-FILMAT: Adrian Delia jgħid li l-Gvern qed jirrikatta l-poplu – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Adrian Delia jgħid li l-Gvern qed jirrikatta l-poplu

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li Gvern Laburista qed jirrikatta n-nies.

Fuq l-istazzjon tiegħu, Delia qal dan b’reazzjoni għall-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Prim Ministru, it-Tnejn filgħaxija.

“Jekk aħna noqgħodu nitkellmu biss għax ħa ngħaddu, qisu l-Gvern qed jirrikattani.”

Il-pjan ta’ disa’ mitt miljun ewro mfaħħar mill-imsieħba soċjali kollha u l-ekonomisti li għarfu l-isforzi tal-Gvern biex jagħti l-akbar injezzjoni fl-ekonomija, Delia ma sablu xejn tajjeb, li fil-mira negattiva tiegħu kien hemm anki l-miżura tal-voucher ta’ mitt ewro li se jingħata lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li għandhom sittax-il sena jew aktar.

Miżuri oħra, li Delia naqas isemmi hemm l-għajnuna lin-negozji, fosthom ir-rifużjoni ta’ 50% fil-kontijiet tad-dawl u l-għajnuna fuq spejjeż operattivi tal-kirjiet.

Delia kien negattiv tul intervista li fiha ma semmiex imqar ħaġa tajba fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li se jgħin lill-familji.

Huwa naqas jirreferi wkoll għall-akbar tnaqqis f’daqqa fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel.

Minflok għoġbu biss iwaqqa għaċ-ċajt dan il-pjan li se jibbenefikaw minnu tant Maltin u Għawdxin.

“Għax il-Gvern qed jiftaħar, €900 miljun”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend