Messaġġ ta’ gratitudni, tama u pożittività permezz ta’ libsa – One News

Notifiki

Messaġġ ta’ gratitudni, tama u pożittività permezz ta’ libsa

Gratitudni, tama u pożittività.

Dan kien il-messaġġ li riedet twassal id-disinjatriċi Maltija Fiona Vella permezz ta’ din il-libsa.

Liema libsa tisraq l-atmosfera tal-entratura tal-isptar Mater Dei bil-kulur vibranti tagħha u lista tal-ismijiet ta’ dawk li kienu fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-imxija, li jinsabu fil-parti t’isfel tal-libsa.

Dan iż-żmien tas-sena, f’pajjiżna, normalment huwa sinonimu mal-Malta Fashion Week, festa ta’ ħwejjeġ tal-moda fejn l-istilisti juru l-aħjar tagħhom iżda s-sena elfejn u għoxrin kellha pjanijiet oħra

Ma’ dan l-istazzjon id-disinjatriċi Fiona Vella qalet li din kienet sena speċjali għaliha hekk kif timmarka għoxrin sena minn mindu ħadet l-ewwel rikonoxximent ta’ l-aqwa disinjatriċi tal-moda u għaldaqstant riedet tagħmel xi ħaġa speċjali.

“L-idea ġiet jiena għamilt dan iż-żmien, xahrejn tlieta msakkra d-dar ġewwa u kont noħroġ biex immur nixtri biss. U kull darba li nkun irrid noħroġ nibda nħossni daqxejn taf kif, nibda ngħid imsieken dawk in-nies li jridu joħorġu kuljum bilfors biex imorru x-xogħol speċjalment min jaħdem fil-qasam tas-saħħa u qiegħed jaħdem ma’ nies b’mard u qiegħed iktar espost,” spjegat Fiona.

Qalet li fil-lista tal-ismijiet eroj hemm ħafna minn sħabha.

“Kelli ħafna ħbieb tiegħi li isimhom qiegħed fuq dak id-dublett u kont naf l-istejjer tagħhom. Min telaq it-tfal u ħalla t-tfal ma ħaddieħor sabiex jipproteġiehom, min telaq minn mal-familja u vera ħassejtha. Kieku jiena ridt nagħmel hekk, kif inħossni?” saħqet Fiona.

Wieħed jista jinnota wkoll l-ward fuq din il-libsa li ġew mpinġija bl-idejn minn Victoria Theuma, li tiġi oħt Fiona u hija għalliema tal-arti.

“Il-ward minnu nnifsu minkejja li joħroġ ix-xewk xorta jiffjorixxi u daqstant ieħor il-ħidma ta’ dawn l-eroj li minkejja d-diffikultajiet li jaffaċċjaw f’ħidmiethom xorta waħda jagħtu qalbhom għal ta’ madwarhom,”, spjegat Fiona.

Iżda x’inhi r-raġuni wara l-għażla tal-kulur isfar?

“Kulur tat-tama, il-kulur tax-xemx u l-kulur tal-pożittività. Għalija dawn in-nies kienu raġġ ta’ tama. Dawn in-nies kienu qegħdin hemmhekk huma frontliners biex iżommu lilna siguri.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend