L-ekonomija Ingliża bl-akbar daqqa ‘l isfel fl-istorja – One News

Notifiki

L-ekonomija Ingliża bl-akbar daqqa ‘l isfel fl-istorja

Il-prodott domestiku gross fir-Renju Unit naqas b’aktar minn għoxrin fil-mija fix-xahar ta’ April. Din hija l-ikbar daqqa għall-ekonomija Ingliża mindu bdiet tinżamm l-istatistika fl-1997.

Din iċ-ċifra tirrifletti tnaqqis rekord fis-servizzi u produzzjoni fid-dawl li April kien l-ewwel xahar sħiħ ta’ lockdown mindu tħabbar fit-23 ta’ Marzu.

Esperti qed isostnu li dan it-tnaqqis huwa agħar minn dak f’pajjiżi oħra żviluppati.

L-Uffiċċju tal-Istatistika Ingliż irrapporta li l-ekonomija Ingliża naqset bi kwart f’Marzu u April, u kull settur esperjenza tnaqqis. Fost l-oħrajn, l-industrija tal-ivvjaġġar bl-ajru naqset b’disgħin fil-mija, u dik tal-kostruzzjoni b’40%.

Intant, madwar id-dinja ġew irreġistrati aktar minn seba’ miljuni u ħames mitt elf każ ta’ infezzjoni ta’ Coronavirus, u aktar minn erba’ mija u għoxrin elf mewt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend