Gabriel Vella tilef il-battalja mal-kanċer.
Dan tħabbar fil-profil uffiċjali ta’ Puttinu Cares fuq Facebook.
Gabriel ta’ 13-il sena għamel snin twal jiġġieled tumur f’rasu b’riżultat li qatta’ ħafna żmien l-Ingilterra.
Puttinu qalet li tinsab bla kliem għat-telfa ta’ dan l-anġlu sabiħ minn Għawdex deskritt bħala tifel b’karattru mill-isbaħ u li jitrasmetti l-paċi fejn ikun. Fl-istqarrija Puttinu qalet ukoll li tul ħajtu Gabriel kien ta’ eżempju għal kulħadd.
Bla kliem u imbikkmin ghat-telfa ta anglu sabih Gabriel. Ma ninsewk qatt int kont ta ezempju kbir ghal kulhadd. Hu hsieb lil familja kollha tieghek mill-genna
Posted by Puttinu Cares on Thursday, June 11, 2020