Michael Azzopardi ta’ 38 sena minn Bormla nżamm arrestat wara li tressaq il-qorti wara li kien ħdejn karozza li kellha l-ħġieġa mkissra.
Fil-pussess tiegħu kien hemm xi muniti u nuċċali tax-xemx li kien hemm fil-karozza.
Fil-qorti l-akkużat irrabja għad-deċizzjoni tal-Maġistrat Joe Mifsud li ordna li jibqa’ arrestat.
Il-qorti ordnat sabiex l-akkużat iħallas multa ta’ €200 bħala disprezz lejn il-qorti.