Pjan li jindirizza d-domanda domestika – Kamra tal-Kummerċ Għawdxija – One News

Notifiki

Pjan li jindirizza d-domanda domestika – Kamra tal-Kummerċ Għawdxija

“Dan huwa pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li se jinċetiva n-negozji biex ikomplu jaħdmu”.
Hekk stqarr il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija, is-Sur Daniel Borg.

Huwa laqa’ l-fatt li fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ġew inklużi ċerti miżuri li proponiet il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija fosthom l-għajnuna fil-kirjiet tan-negozji.

Saħaq li dan il-pjan li ħabbar il-Prim Ministru jindirizza d-domanda domestika u għalhekk din se tolqot b’mod tajjeb ħafna lil gżira Għawdxija.

Is-Sur Borg faħħar il-miżura tal-għoti tal-vouchers li jgħinu t-turiżmu domestiku li huwa kruċjali għall-gżira Għawdxija. Laqa’ wkoll il-fatt li l-Gvern se jibqa’ jagħti l-għajnuna fil-ħlas tal-pagi sa Settembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend