Pakkett pożittiv u interventi f’waqthom – l-MEA – One News

Notifiki

Pakkett pożittiv u interventi f’waqthom – l-MEA

“Interventi f’waqthom li jindirizzaw il-bżonnijiet tan-negozji u l-konsumatur”.

Huwa propju b’dan il-kliem li Joe Farrugia, id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Min Iħaddem ddeskriva l-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern it-Tnejn filgħaxija.

Is-Sur Farrugia fisser il-miżuri bħala kruċjali u elenka għal uħud minn dawk il-miżuri li se jagħmlu differenza f’ħajjet in-nies fosthom il-vouchers ta’ mitt ewro, rifużjoni fi spejjeż li għamlu l-koppji li pposponew it-tieġ tagħhom u anki l-investiment qawwi fl-infrastruttura industrijali ta’ pajjiżna.

Is-Sur Farrugia stqarr li dawn kollha huma affarijiet tajbin u b’mod ġenerali kien pakkett pożittiv li se jgħin lil pajjiż joħroġ minn ċirkostanzi straordinarji li laqtu lid-dinja kollha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend