L-ewwel missjoni Għarbija lejn il-pjaneta Mars – One News

Notifiki

L-ewwel missjoni Għarbija lejn il-pjaneta Mars

Fil-ġimgħat li ġejjin, l-Emirati Għarab Magħquda se tkun qed tvara l-ewwel missjoni tagħha, Hope, lejn Mars. Din se tkun l-ewwel missjoni spazjali Għarbija lejn din il-pjaneta.

Dan il-vjaġġ ta’ 493 miljun kilometru lejn Mars u li se jdum seba’ xhur se jiġi varat minn fuq gżira remota Ġappuniza fl-14 ta’ Lulju li ġej. Mal-wasla fuq il-pjaneta tibda tintbagħat informazzjoni dwar il-klima u l-atmosfera tagħha.

Il-vettura spazjali se tkun qed torbita għal 687 ġurnata, li tammonta għal sena f’Mars biex tkun tista’ tiġbor biżejjed informazzjoni. Orbita ta’ ġurnata tieħu 55 siegħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend