L-Emirates tkeċċi 600 pilota – One News

Notifiki

L-Emirates tkeċċi 600 pilota

Qed jiġi rrapportat illi l-kumpanija tal-ajru li hija bbażata f’Dubai, l-Emirates, illum keċċiet 600 pilota. Il-kumpanija qed tnaqqas il-ħaddiema minn magħha kawża tal-impatt li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19 fuq is-settur tal-avjazzjoni.

F’dan ir-ristrutturar li qed tagħmel il-kumpanija, tkeċċew ukoll numru ta’ ekwipaġġ.

Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li tkeċċew kienu għadhom fuq il-perjodu ta’ probation, filwaqt li impjegati oħra mistenni li jkollhom tnaqqis ta’ 50% tal-paga bażika tagħhom għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju u l-aħħar ta’ Settembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend