Is-suspettat qattiel ta’ Floyd jidher quddiem Qorti Amerikana – One News

Notifiki

Is-suspettat qattiel ta’ Floyd jidher quddiem Qorti Amerikana

L-eks Pulizija, Derek Chauvin, li huwa akkużat li qatel lil George Floyd deher quddiem il-Qorti lbieraħ, fejn il-ħelsien mill-arrest tiegħu ġie stabbilit għas-somma ta’ 1.25 miljun dollaru.

Chauvin qed jaffaċċja żewġ akkużi ta’ qtil: wieħed involontarju u l-ieħor li kkawża l-mewt b’negleġenza tiegħu. Tliet uffiċjali oħra għadhom arrestati u qed jiġu akkużati li assistew fil-qtil ta’ Floyd.

Il-mewt ta’ Floyd fil-25 ta’ Mejju li għadda, wassal għal protesti madwar id-dinja filwaqt li qed isiru appelli għal riforma tal-Pulizija.

Intant il-membri Demokratiċi fil-Kungress ipproponew leġiżlazzjoni li tirriforma l-Pulizija Amerikana. L-abbozz jagħmilha aktar faċli biex l-Pulizija jitressqu l-qorti għall-kondotta ħażina filwaqt li jiġi indirizzat ir-razziżmu. Madanakollu ma kienx ċar jekk ir-Repubblikani, li jikontrollaw is-Senat tal-Istati Uniti humiex sa jappoġjaw dan l-abbozz.

Fuq Twitter, il-President Amerikan, Donald Trump, qal akkuża lid-Demokratiċi li jridu jabbandunaw lill-membri tal-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend