Notifiki

Il-Ministru għall-Intern fil-mira ta’ Repubblika

L-għada li l-gvern ħabbar pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, membri tal-grupp Repubblika rħwelha lejn il-Belt biex jerġgħu jipprotestaw.

Din id-darba fil-mira kien hemm il-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri, li skont ta’ Repubblika għandu jirriżenja.

Fi protesta ta’ madwar siegħa huma reġgħu rrepetew l-għajta ta’ “ħabs ħabs” u f’mument minnhom taw ittra lill-kelliema tal-Ministeru li kienet indirizzata għall-Ministru.

Fost punti li ssemmew fl-ittra, li nqrat lil dawk preżenti, kien hemm allegazzjonijiet kontra l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar, liema allegazzjonijiet hu ċaħad kategorikament. Filwaqt li l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-infurzar tal-liġi diġà kien issospenda konsulenza li kellu sakemm ikunu magħrufa l-fatti kollha.

Fuq quddiem nett ta’ din il-protesta reġa’ kien hemm ħu d-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, li kien protagonist kull darba li kien hemm protesti ta’ dan it-tip u anke meta kienu vjolenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend