Il-ġurnali jagħtu prominenza l-pjan imħabbar mill-Gvern – One News

Notifiki

Il-ġurnali jagħtu prominenza l-pjan imħabbar mill-Gvern

L-għada li l-Prim Ministru Robert Abela, ħabbar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun, il-ġurnali lokali irrapurtaw bi prominenza din l-aħbar sabiħa.

L-artiklu fuq il-faċċata tat-Times, bit-titlu: ‘€100 voucher for all in 900 million euro stimulus package’, ta elenkau tal-erba’ miżuri ewlenin li ħabbar il-Gvern; fosthom it-traħħis fil-prezzijiet tal-fjuwil, titjib fl-għoti tal-in-work benefit, tnaqqis fit-taxxa tal-boll fuq ix-xiri tal-propjetajiet u kumpens għal min kien se jiżewwegġ u ppospona t-tieġ tiegħu minħabba l-virus.

L-editur Herman Grech qal li huwa diffiċli biex tgħid li dan il-pjan huwa ħażin.

Huwa stqarr: “Sussidji fil-pagi estiża sa Settembru, għalija kienet xi ħaġa tajba. Biex ngħinu lin-negozji. Imma on the whole diffiċli tghid li dan mhumiex tajbin.”

The Malta Independent, ukoll irrapurtat bi prominenza dan il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika.

Bit-titlu ‘Covid-19 recovery plan: Reduced fuel prices, €100 vouchers and continuation of wage supplement scheme annouced’, l-Independent irrappurtat miżuri ewlenin se jagħmlu differenza f’ħajjet in-nies.

Min-naħa tiegħu l-editur tas-sit Maltatoday Kurt Sansone qal li dan il-pjan huwa mibni fuq budgets oħra mħabbra minn Gvern Laburista.

Is-Sur Sanzone qal: “Dan il-pjan jimxi mal-formola ta’ budgets oħra li preżenta l-Gvern dan l-aħħar snin. Bl-intenzjoni joħolqu impatt fuq ċertu setturi u joħolqu ripple effect.”

L-Orizzont ukoll iddedika l-faċċata tal-ġurnal dwar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika u fil-paġni ta’ wara ddedika paġni sħaħ għal miżuri li huma intiżi biex iħarsu l-impjiegi.

L-editur tal-Orizzont kiteb ukoll li dak imħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela juri s-serjetà ta’ dan il-gvern għax dak imħabbar se jkun qed iwassal biex issa pajjjiżna jerġa’ jaqbad it-triq ‘il quddiem.

Għal kuntrarju tal-gazzetti, kien biss il-ġurnal in-Nazzjon li ħareġ jikkritika dan il-pjan ekonomiku u irrapporta kliem il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia li dan il-pjan mhux jgħin lill-familji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend