Huma miżuri li se jgħinu l-industrija tat-turiżmu biex tirkurpra mill-effetti tal-pandemija – Il-GTA – One News

Notifiki

Huma miżuri li se jgħinu l-industrija tat-turiżmu biex tirkurpra mill-effetti tal-pandemija – Il-GTA

Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex Joe Muscat qal li l-miżuri li tħabbru lbieraħ bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika se jagħtu stimolu lill-ekonomija b’mod speċjali lis-settur turistiku. Huwa ddeskriviehom bħala miżuri li kienu bla preċedent.

Huwa laqa’ b’sodisfazzjoni l-fatt li l-ħlas pagi se jibqa’ jingħata sa Settembru. Semma wkoll l-għajnuna li se tingħata sabiex in-negozji jkunu jistgħu jħallsu l-kera, ir-rifużjoni fil-kontijiet tad-dawl u l-miżura ġdida tal-għoti ta’ voucher ta’ €100 biex jintefaq f’akkomodazzjoni, ristoranti jew stabbilimenti tax-xorb.

Is-Sur Muscat stqarr li dawn huma miżuri diretti lejn l-industrija turistika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend