Għaqdiet Ġermaniżi li jġorru l-immigranti jilmentaw minn bidliet fil-liġi biex joperaw – One News

Notifiki

Għaqdiet Ġermaniżi li jġorru l-immigranti jilmentaw minn bidliet fil-liġi biex joperaw

Il-Gvern Ġermaniż ħabbar tibdiliet fir-regolament dwar l-operat ta’ bċejjeċ tal-baħar żgħar li jintużaw għall-protezzjoni ambjentali kif ukoll għas-salvataġġ fil-baħar fosthom għal skopijiet umanitarji fil-baħar Mediterran. Dawn ir-regolamenti ġodda jfissru li kull min jopera opra tal-baħar għandu jkun konformi mal-miżuri ta’ saħħa u sigurtà.

Fi stqarrija konġunta mibgħuta mill-Mare Liberum, Mission Lifeline u Resqship, li l-għan tagħhom huwa li jsalvaw il-ħajjiet ta’ persuni li jsibu ruħhom f’diffikultà fil-baħar, qalu li dawn il-miżuri ġodda mħabbra mill-Gvern Ġermaniż, se jwassal għal diffikultajiet fl-operat tagħhom, tant li se jfisser li l-missjonijiet tagħhom se jkunu impossibbli li jsiru.

Huwa kkundannaw dan l-aġir li ddiskrivewh bħala sabotaġġ għall-ħidmiethom filwaqt li qed jitolbu biex dawn il-miżuri jiġu revokati. Fl-istqarrija huma qed jiddikjaraw li l-bidla fil-liġi saret speċifikament biex itellef il-ħidma tal-organizzazzjonijiet umanitarji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend