Fl-Awstralja għaddejja tfittxija għal żagħżugħ bl-awtiżmu li ntilef fuq muntanja – One News

Notifiki

Fl-Awstralja għaddejja tfittxija għal żagħżugħ bl-awtiżmu li ntilef fuq muntanja

Ħaddiema tas-salvataġġ Awstraljani għadejjin bi tfittxija għal żagħżugħ ta’ 14-il sena li huwa fuq l-ispettru tal-awtiżmu u li ilu mitluf għal aktar minn 24 siegħa fuq il-muntanja Disappointment f’Melbourne l-Awstralja.

William Callaghan intilef minn familtu wara li qabad jiġri quddiemhom.

Għadd ta’ voluntiera oħra qed jgħinu fit-tfittxija għaż-żagħżugħ, li jinsab f’kundizzjonijiet ta’ temperatura kiesħa ħafna. Il-Pulizija jinsabu mħassba ħafna dwaru għall-fatt li l-ġuvni m’għandux x’jiekol u jixrob filwaqt li mhuwiex liebes ħwejjeġ li jagħtuh kenn tajjeb mit-temperaturi ngazzati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend