Jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha fi New Zealand wara li ma feġġew l-ebda każijiet – One News

Notifiki

Jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha fi New Zealand wara li ma feġġew l-ebda każijiet

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern ħabbret li minn nofsillejl ħin lokali, ir-restrizzjonijiet kollha tal-pajjiż ser jitwaqqfu għajr għall-fruntieri, li dawk ser jibqgħu magħluqa.

Dan wara li fl-aħħar ġimgħatejn ma feġġew l-ebda każijiet fil-pajjiż.

Ardern tenniet li d-distanza soċjali ma għadhiex obbligatorja u mhux ser ikun hemm limitu fuq attivitajiet tal-massa.

Il-Prim Ministru ta’ New Zealand tenniet li l-isforz kollettiv bħala pajjiż wassal għal dan il-mument iżda xorta waħda appellat għal kawtela.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend