BIL-FILMAT: Delia jgħid li l-Gvern m’għenx lill-familji – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Delia jgħid li l-Gvern m’għenx lill-familji

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għażel li jkun negattiv dwar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun li ħabbar il-Prim Ministru, it-Tnejn filgħaxija.

Malli ntemmet il-konferenza li fiha tħabbar dan il-pjan ekonomiku, Adrian Delia għamel żewġ intervisti wara xulxin fuq l-istazzjon tiegħu, sabiex jikkritika dan il-pjan.

Quddiem miżuri li jolqtu lill-familji direttament bħat-traħħis qawwi fil-prezzijiet tal-fjuwil u l-għoti ta’ voucher ta’ €100 lil kull persuna minn 16-il persuna.

Delia stqarr: “F’dan il-mument il-familji tagħna għażel li ma jgħinhomx.”

Filwaqt li l-imsieħba soċjali u l-poplu rrimarkaw kemm dan il-pjan qassam ġid lil kulħadd, Delia kien surreali fir-reazzjoni tiegħu.

Delia sostna: “Għax jagħżel il-ftit u hemm ħafna li ma jtihom xejn.”

Quddiem l-ikbar investiment infrastrutturali industrijali fl-istorja ta’ pajjiżna b’allokazzjoni ta’ €400 miljun, Adrian Delia kritika lil Gvern: “Meta niġu għal viżjoni fejn iridu nagħżlu hemmhekk we are lacking bil-kbir.”

Delia mbagħad spiċċa jilmenta bil-pakketti t’għajnuna li ta l-Gvern f’dawn l-aħħar xhur: Huwa qal: “L-ewwel pakkett, it-tieni pakkett, it-tielet pakkett il-buisness minn xahar għal xahar iridu jippjanaw.”

U mbagħad meta qal li sab xi ħaġa tajba f’dan il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, Delia prova jieħu l-mertu tiegħu.

Delia kompla jgħid: “Gvern reattiv u gvern selettiv u hekk hu għax fejn għamel it-tajjeb fejn għidnilu aħna.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Min qed imexxi lill pn?Delia jew louis galea.?Komplu kissru lill partit.Louis jahseb li insenja kif mexxa l korpi u l iskejjel ta ghada.Haseb li insejna li bhal ma ghamel biex ikisser lill delia kien ghamlu meta f daru laqqa lull eddie u lill vseracino biex jaraw kif se jehilsu minn MINTOFF.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend