ARA: Liema huma l-protokolli li wieħed għandu jsegwi meta jmur jisma’ l-Quddiesa? – One News

Notifiki

ARA: Liema huma l-protokolli li wieħed għandu jsegwi meta jmur jisma’ l-Quddiesa?

Il-Knisja Kolleġġjata, Arċimatriċi u Arċipretali ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi ppubblikat lista’ ta’ miżuri ta’ sigurtà li wieħed irid iżomm f’moħħu meta min-nhar is-Sibt li ġej jerġa jibda l-Quddies.

Huwa mifhum li dawn il-protokolli se jkunu replikati f’kull Knisja li se fiha se tkun qed issir iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

L-attendenza ta’ kongregazzjoni għall-Quddiesa se tirritorna wara waqfa ta’ tliet xhur, f’miżura bla preċedent f’pajjiżna.

Dawk li se jattendu l-Quddies huma mitluba li:

Jaslu l-Knisja kmieni

Iżommu d-distanza soċjali f’kull ħin

Jidħlu biss mill-bieb immarkat ‘dħul’ u joħorġu mill-bieb immarkat ‘ħruġ’

Ikunu liebsin maskra tal-wiċċ jew visor

Ipoġġu fejn indikat lilhom mill-ushers

Ma jagħmlu l-ebda kuntatt ma’ persuni oħra lanqas waqt l-għoti tal-paċi.

Ma jħallu xejn warajhom fil-bank

Jibqgħu f’posthom waqt it-tqarbin u jagħmlu sinjal lill-qassis jekk ikunu jridu jitqarbnu

Barra minn dan, fil-bieb ser tiġi ċċekjata t-temperatura filwaqt li mhux permess li wieħed jieqaf jitlob quddiem statwa jew xbieha. Għal qrar il-persuni huma mitluba jżommu d-distanza filwaqt li m’għandux jinġema kju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend