32 Pulizija tat-Traffiku se jaffaċjaw proċeduri l-Qorti b’rabta mal-allegat abbuż fis-sahra

Il-Pulizija ressqet l-akkużi fil-konfront ta’ 32 uffiċjal mis-sezzjoni tat-Traffiku wara 4 xhur ta’ investigazzjonijiet u inkjesta Maġisterjali dwar allegat abbuż fis-sahra f’din it-taqsima.

Il-Pulizija fi stqarrija qalet li qed tixli lil dawn it-32 uffiċjal bi frodi u kompliċità fi frodi u qed takkużahom ukoll li għamlu dikjarazzjonijiet foloz u b’kompliċità ta’ dikjarazzjonijiet foloz.

Fil-jiem li ġejjin il-Pulizija se tkun qed tippreżenta akkużi fil-konfront ta’ aktar persuni.

Il-kawżi fil-konfront ta’ dawn il-persuni se jibdew jinstemgħu fil-jiem li ġejjin, wara li l-Qorti tassenji liema Maġistrat se jisma’ jew jisimgħu l-kawżi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend