Jissoktaw il-protesti dwar ir-razziżmu fl-Ingilterra – 14-il persuna arrestata u 10 pulizija midruba – One News

Notifiki

Jissoktaw il-protesti dwar ir-razziżmu fl-Ingilterra – 14-il persuna arrestata u 10 pulizija midruba

Matul il-jum tas-Sibt eluf inġabru f’Londra, Manchester u f’diversi ibliet oħra fl-Ingilterra sabiex jipprotestaw kontra r-razziżmu. Dawn il-protesti huma mnebbħa mill-mewt ta’ George Floyd fl-Amerika.

Minkejja li matul il-ġurnata l-protesti kienu paċifiċi, tard filgħaxija nqala kommossjoni barra Downing Street, fejn uħud mid-dimostranti bdew igaraw xi oġġetti lejn il-pulizija.

10 membri tal-pulizija sfaw feruti waqt l-istess protesta filwaqt li grupp ta’ 14-il persuna ġie arrestat wara li l-istess grupp kien se jkun qed juża l-vjolenza biex jesprimu r-rabja tagħhom.

Intant fuq Twitter is-Sindku ta’ Londra Sadiq Khan qal illi huwa wkoll jinsab muġugħ u rrabjat għal dak li ġara fl-Amerika, madanakollu il-vjolenza waqt il-protesti qed twaqqa l-importanza tal-kawża li għaliha qed isiru l-protesti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend