Il-Prinċep William assista persuni li affaċċjaw problemi ta’ saħħa mentali kawża tal-COVID-19 – One News

Notifiki

Il-Prinċep William assista persuni li affaċċjaw problemi ta’ saħħa mentali kawża tal-COVID-19

Id-Duka ta’ Cambridge, il-Prinċep William żvela li hu, b’mod volontarjat, assisita persuni li waqt il-lockdown kawża tal-pandemija affaċjaw problemi ta’ saħħa mentali.

Id-Duka, b’mod sigriet, kien qed jassisti l-organizzazzjoni Shout, l-ewwel servizz Ingliż 24 siegħa kuljum li joffri assistenza waqt kriżi u li ġie varat f’Mejju tas-sena l-oħra.

Dan is-Servizz beda mid-Duka u d-Dukessa ta’ Cambridge u d-Duka u d-Dukessa ta’ Sussex wara investiment ta’ tliet miljun sterlina mill-Fondazzjoni Rjali Ingliża.

Il-Prinċep William ilu snin ikun vuċi għall-persuni b’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali, tant li f’Jannar li għadda indirizza numru ta’ partitarji tal-futbol biex jieħdu ħsieb saħħithom.

Is-sena l-oħra, il-Prinċep qasam il-ħsibijiet tiegħu dwar it-telf ta’ ommu, l-Prinċipessa Diana waqt dokumentarju fuq is-saħħa mentali. Huwa kien sostna li l-irġiel għandhom iħossuhom komdi jiddiskutu fuq is-suġett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *