Ftehim ta’ €1.6 miljun f’għajnuna lil dawk għaddejjin minn xi vizzju  – One News

Notifiki

Ftehim ta’ €1.6 miljun f’għajnuna lil dawk għaddejjin minn xi vizzju 

Iffirmat ftehim ta’ €1.6 miljun bejn il-Ministeru għall-familja u s-solidarjetà soċjali u l-fondazzjoni Oasi.

Għat-tlett snin li ġejjien, l-Oasi se tkompli toffri servizzi professjonali għal dawk li jbatu minn xi vizzju, fosthom servizzi ta’ rijabilitazzjoni,  programmi ta’ prevenzzjoni u servizzi terapewtiċi fost oħrajn.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Oasi Noel Xerri qal li flimkien nistgħu nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ dawk għaddejjin minn xi vizzju. Filwaqt li tenna l-importanza ta’ dan il-ftehim.

“Barra minn hekk noffru servizzi ta’ kura fil-komunità fejn il-persuni jiġu għall-għajnuna u jerġgħu jmorru jkomplu l-ħajja tagħhom normali ta’ kuljum. Kif ukoll nagħmlu xogħol ta’ prevenzjoni fil-komunità, fl-iskejjel, fuq il-mezzi soċjali biex kemm jista’ jkun nipprevjenu li persuna jispiċċaw vittmi ta’ din il-marda, din l-addiction.”

Il-Ministru Michael Falzon tenna l-impenn tal-gvern sabiex ikompli jwettaq ħidma sfieqa kontra dawn il-vizzji ma fondazzjonijiet bħal OASI.

“Bħala gvern aħna committed illi dik hija issue illi rridu nittacklejaw u mbagħad tieħu pjaċir ukoll li taħdem ma Non-Governmental organisations bħal ma huma OASI illi l-koperazzjoni bejnietna hija kooperazzjoni tajba. B’dik it-tip ta’ kooperazzjoni nistgħu nimxu l’quddiem. Imma l-messaġġ huwa wieħed, iva – kollha flimkien kontra d-droga.”

Fl-iffirmar ta’ dan il-ftehim, il-Fondazzjoni Oasi ħabbret li r-regoli ta’ sigurtà b’rabta mal-pandemija għadhom fis-seħħ iżda fuq skala differenti u intant laqgħet residenti ġodda sabiex jibdew programm residenzjali ta’ rijabilitazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend