Fil-Brażil titneħħa d-data dwar il-każijiet tal-COVID-19 minn fuq is-sit tal-gvern – One News

Notifiki

Fil-Brażil titneħħa d-data dwar il-każijiet tal-COVID-19 minn fuq is-sit tal-gvern

Il-Brażil neħħa xhur ta’ data dwar il-COVID-19 minn fuq is-sit elettroniku tal-Gvern wara kritika qawwija lejn il-mod li l-President Brażiljan Jair Bolsonaro qed imexxi l-ġlieda kontra l-imxija tal-coronaviurs.

Il-Ministru għas-Saħħa Brażiljan qal li se jkunu qed jiġu rraportati n-numru ta’ każijiet kull 24 siegħa, madanakollu ma jibqgħux jagħtu ċ-ċifra totali ta’ infezzjonijiet bħalma qed jagħmlu bosta pajjiżi madwar id-dinja.

Il-Brażil għandu t-tieni l-ogħla rata ta’ infezzjonijiet, li jammontaw għal aktar minn 640,000 filwaqt li dan l-aħħar irreġistra l-aktar imwiet fost il-pajjiżi kollha. Fil-Brażil, mietu aktar minn 350,000 persuna bil-virus, it-tielet l-ogħla rata dinjija wara l-Istati Uniti u r-Renju Unit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend