Appoġġ miż-żewġ naħat tal-kamra f’ħatra kostituzzjonali  – One News

Notifiki

Appoġġ miż-żewġ naħat tal-kamra f’ħatra kostituzzjonali 

Joseph Camilleri se jkun il-Kummissarju Elettorali l-ġdid.

Huwa se jieħu post Joseph Church, li kien ilu jokkupa din il-kariga sa mill-bidu tal-2014.

Preżentament Joseph Camilleri qed iservi bħala segretarju permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

Serva ukoll bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili taħt l-eks Ministru Helena Dalli, fi zmien meta l-pajjiż introduċa fost l-aktar miżuri progressivi.

Il-ħatra ta’ Joseph Camilleri, bħala Kummissarju Elettorali, sabet l-appoġġ tal-Oppożizzjoni.

Din hi wkoll it-tieni kariga Kostituzzjonali taħt il-Prim Ministru Robert Abela, li se jkollha l-approvazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra, wara l-ħatra ta’ Dr Mark Chetcuti bħala l-Prim Imħallef f’April ilhi għadda. Ħatra li ukoll sabet l-appoġġ tal-oppożizzjoni.

Għal kuntrarju, Il-Partit Nazzjonalista taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil kien ippropona żewġ persuni oħra għal kariga ta’ Kummissjoni Elettorali, flok Joseph Church.

Taħt it-tmexxija ta’ Church, seħħew għadd ta’ riformi elettorali, partikolarment l-għadd tal-voti b’mod elettroniku, li se jibqa’ jissemma fl-istorja tal-elezzjonijiet.

Tressqu wkoll numru ta’ emendi fil-Liġi Elettorali u ġie aġġornat dak kollu li kien hemm bżonn bl-introduzzjoni ta’ liġijiet importanti, bħal dawk tal-finanzjament tal-partiti, tad-data protection u tad-dritt tal-vot għaż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-18-il sena.

Filwaqt li ġie introdott l-għamla l-ġdid  tad-dokument tal-vot u modernizzar fil-loġistika elettorali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend