Tranġata Triq Sannat b’investiment ta’ €80,000 – One News

Notifiki

Tranġata Triq Sannat b’investiment ta’ €80,000

Miexi ġmielu x-xogħol fuq Triq Sannat f’Għawdex, li b’investiment ta’ tmien mitt elf ewro, qed tingħata wiċċ ġdid.

F’din it-triq, għaddew numru ta’ servizzi minn taħt l-art, saru l-culverts, u ngħata l-asfalt mill-ġdid.

Is-Sindku tas-Sannat, Philip Vella, innota li b’finanzjament mill-Ministeru għal Għawdex qed isir ix-xogħol f’din it-triq fl-iqsar żmien possibbli, biex jitnaqqas l-inkonvenjent liċ-ċittadini.

Hu spjega: “Ħa jkollna triq ġdida b’servizzi ġodda, servizzi ġodda li bihom se nkunu qed inneħħu kull ostaklu ta’ wirings mill-ajru u ħa jiġu minn taħt it-triq.”

Waqt żjara fuq il-lant tax-xogħol, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri elenka kemm f’dawn l-aħħar xhur ingħatat spinta kbira lill-infrastruttura fil-gżira tat-tliet għoljiet, hekk kif tlestew diversi toroq u oħrajn jinsabu fi stadju avvanzat.

Il-Ministru Camilleri sostna: “Din hija triq prinċipali li twassal ġewwa r-raħal ta’ Sannat u għaldaqstant inħarsu ’l quddiem issa biex inkomplu b’aktar proġetti mhux biss madwar Għawdex kollu iżda anki ġewwa dan ir-raħal inkluz b’investimenti aktar ’il quddiem kemm ġewwa l-pjazza kif ukoll fil-qasam Ta’ Sannat sabiex naraw li l-link, it-triq ewlenija, f’dan ir-raħal tkun kif suppost, tkun tal-ogħla standards u fl-aħħar mill-aħħar, tagħti servizz lir-residenti.”

Il-Ministru qal li l-livell tat-toroq fil-gżira Għawdxija qed ikun bħal dak f’Malta, u issa li qbadna t-triq lejn in-normalità, Għawdex jinsab lest biex jerġa’ jibda jiġġenera t-turiżmu.

Ritratti: MGOZ

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend