Immigranti abbord Captain Morgan joħolqu kommossjoni – One News

Notifiki

Immigranti abbord Captain Morgan joħolqu kommossjoni

Immigranti li jinsabu abbord wieħed mill-bastimenti tal-Captain Morgan matul dawn l-aħħar sigħat ħolqu protesti u kommossjoni minħabba l-fatt li kienu qed jinżammu fuq il-baħar.

Nifhmu li s-sitwazzjoni eskalat, tant li l-membri tal-ekwipaġġ u l-Kaptan kienu kostretti jiċċaqalqu mill-pożizzjoni tagħhom u jidħlu fl-ibħra territorjali ta’ Malta. 

Fl-inħawi fejn hemm il-bastiment hemm il-Forzi Armati ta’ Malta li qed isegwu s-sitwazzjoni.

Abbord il-bastiment hemm mal-mija u erbgħin persuna u apparti dawn l-immigranti hemm tliet bastimenti oħra ‘l barra mill-ibħra territorjali ta’ pajjiżna jistennew għal soluzzjoni Ewropea dwar rilokazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend