Il-konsum tal-alkoħol naqas waqt il-pandemija – One News

Notifiki

Il-konsum tal-alkoħol naqas waqt il-pandemija

Studju lokali dwar il-konsum tal-alkoħol juri li madwar id-dinja, f’dan iż-żmien tal-pandemija naqas.

Dan jista’ jkun għall-fatt li postijiet ta’ divertiment huma magħluqa, madanakollu, persuni li huma dipendenti fuq l-alkoħol ħassew l-effetti li ġabet magħha l-COVID-19.

Mike Orland, manager għas-servizzi fil-komunità tal-Aġenzija Sedqa, spjega li minkejja n-nuqqas fil-konsum tal-alkoħol, il-pandemija ġabet magħha sfidi ġodda għall-persuni li ma joqogħdux mingħajr ix-xorb eċċessiv tal-alkoħol.

Huwa qal: “Nibqgħu naraw li min għandu problema biex jikkontrolla l-alkoħol, dik għadha hemm sfortunatament. Wieħed għandu jgħid isma forsi l-konsum tal-alkoħol globalment naqas, imma min għandu problema tal-alkoħol sfortunatament nistgħu ngħidu li forsi feġġet jew issaħħet aktar din il-problema, aktar milli naqset.”

Is-Sur Orland spjega wieħed mir-riskji għaż-żieda tal-konsum tal-alkoħol fuq livell individwali.

Huwa sostna: “Wieħed mill-ikbar riskji madanakollu huwa li dawk li jixorbu regolarment, dawn sabu ruħhom ovvjament iktar waħidhom, iktar ħin għal kwiet, iktar ħin m’għandekx x’tagħmel fuq idejk u allura jista’ jkun li hemmhekk żdied.”

Is-Seqda kompliet toffri s-servizzi tagħha, saħansitra wiċċ imb’ wiċċ fejn kien hemm il-ħtieġa waqt dan iż-żmien ta’ sfida.

Qal li f’dawn l-aħħar xahrejn kien hemm persuni ġodda li rrikorrew għas-servizzi minħabba problema ta’ xorb alkoħoliku eċċessiv.

Is-Sur Orlando kompla jgħid: “Infakkru li aħna qegħdin hemmhekk u l-problemi ma jissolvewx just għax wieħed ma joħroġx mid-dar u allura qisu llum qbadna ritmu regolari, fortunatament jew sfortunatament, għal dak li huwa proviżjoni tas-servizz u n-nies li qed jirrikorru għandna bil-bżonijiet li jinqalgħu. Uħud minnhom kienu bżonijiet rikorrenti u wħud minnhom kienu propju bżonijiet illi tfattxaw f’dawn iż-żminijiet.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend