Għaxar proposti għas-settur tal-bini u l-kostruzzjoni – One News

Notifiki

Għaxar proposti għas-settur tal-bini u l-kostruzzjoni

F’ħidma konġunta bejn il-Kamra tal-Kummerċ u l-Kamra tal-Periti, ġew irfinati u approvati għaxar proposti prinċipali għar-regolarizzazzjoni tal-qasam tal-bini u l-kostruzzjoni, li jirriflettu u jadattaw għaż-żminijiet tal-lum.

Il-President tal-Kamra tal-Periti Simone Vella Lenicker sostniet li dawn l-proposti jwittu t-triq għal aktar bini u xogħol ta’ kwalità.

Hija spjeagt: “U allura dak li qed nipproponu llum huwa proposta ta’ qafas regolatorju li bih aħna nemmnu li nistgħu naslu sabiex ikollna iktar sigurtà fuq is-siti tal-kostruzzjoni però wkoll iktar kwalità tal-bini li qed nibnu.”

Dawn l-għaxar proposti jħarsu r-responsabilità soċjali u ċivika tal-professjonisti, u jagħtu ċertezza legali li tassigura s-serħan il-moħħ lill-partijiet kollha.

Fl-istess waqt jirrikonoxxu l-iżviluppi fit-teknoloġija u l-ħsieb li jkun hemm linji gwida għall-perit u assigurazzjoni ta’ persuni kompententi fuq is-sit.

Hija sostniet: “Qegħdin ngħidu wkoll li hemm bżonn li jkun hemm qafas wieħed u awtorità waħda u post wieħed fejn dak li jkun jista jirrikorri meta jkun hemm problemi li wieħed irid jara li jiġu solvuti u wkoll ikun hemm ċarezza fir-regolamenti tal-bini.”

Vella Lenicker qalet li l-pass li jmiss huwa li jkun hemm qbil nazzjonali biex il-proposti jiġu mplimentati bis-sapport u l-impenn ta’ kull min hu nvolut fl-industrija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend