Ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq żiemel fin-Naxxar – One News

Notifiki

Ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq żiemel fin-Naxxar

Raġel ta’ 31 sena mill-Mosta ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq żiemel.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:10 ta’ waranofsinhar fi Sqaq Ħabel Żwejra fin-Naxxar.

Tim mediku assista lir-raġel fuq il-post u ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza għal
iżjed kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend