ARA: It-torri u l-arloġġ fl-Imtarfa jinfirdu – One News

Notifiki

ARA: It-torri u l-arloġġ fl-Imtarfa jinfirdu

Wara 520 sena, l-arloġġ li minn dejjem kien ħaġa waħda mat-torri tal-Imtarfa, inqala’ minn mal-istruttura biex isirlu xogħol ta’ restawr estensiv li jirrispetta l-awtentiċità tal-post.

Dan ix-xogħol mistenni jieħu l-arloġġ lura għall-glorja oriġinali tiegħu, għal dak li raw l-Ingliżi aktar minn ċentinarju ilu.

It-torri tal-arloġġ fl-Imtarfa, wirt tal-era kolonjali li t-tokki tiegħu jinstemgħu mir-Rabat u l-Imdina, fl-aħħar snin kellu voluntier li ta’ kuljum jitla mal-mija u tletin tarġa biex jassigura li l-arloġġ ikun qed jaħdem.

Is-Sur Charles Pace li hu volontier qalilna: “Jien ilni noqgħod hawnhekk minn 1987, u dejjem kien jinteressani l-arloġġ u nħobbuh ħafna bħala arloġġ tagħna.”

Charles Pace jieħu ħsieb id-dwal u l-affarjiet kollha meħtieġa biex dan l-arloġġ jibqa’ jaħdem.

Huwa sostna: “Dan l-ewwel ħaġa li għamilna biex nħaddmuh u meta rajna kemm hem bżonn ta’ tiswijiet u hekk, għamilniehom, u li jinvolvi iktar minn kollox huwa li żommu għaddej tajjeb u iżomm il-ħin sewwa u tagħmilu xi tiswijiet li jinqalgħu minn żmien għall-ieħor.”

Spjega d-differenza, issa li għall-ewwel darba, tiddomina xena li qatt ma kienet fost il-ħemda fl-Imtarfa.

“Bħalissa taraha naqa stramba li tarah mingħajr il-faces għax kellna naqilgħu faces li dan ta’ minn jgħid ilhom hemm fuq minn mindu twaħħal”, kompla jgħid Charles.

 Ix-xogħol tar-restawr jikkonsisti minn tindif tal-biċċiet tal-metall, tneħħija ta’ biċċiet tas-siment jew ramel, tindif tal-fili fuq il-faċċata ta’ barra, restawr ta’ ġebel li ddeterjora maż-żmien, ir-restawr tal-minutieri u tindif tal-magna tal-arloġġ.

Is-sindku tal-Imtarfa, Daniel Attard qal li dan il-proġett kien il-qofol tal-viżjoni tal-kunsill, u diġà jinsab fi stadju avvanzat, tant li sa tmiem is-sajf, ix-xogħol fuq ir-restawr tat-torri tal-arloġġ mistenni jkun lest.

Huwa qal: “Jikkumplimenta dak il-proġett bil-binja ta’ ċentru turistiku kulturali spazju kreattiv li jkun jista’ jospita fih turisti li jżuru l-arloġġ, attrazzjoni ewlenija, kif ukoll entitajiet lokali u l-kunsill innifsu, u ġenerazzjonijiet futuri li se jkunu jistgħu jagħmlu użu tajjeb minn binja ġdida u moderna li se tinbena proprju biswit l-arloġġ.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend