BIL-FILMAT: Jinfetaħ ċentru ġdid tal-Medjazzjoni – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jinfetaħ ċentru ġdid tal-Medjazzjoni

Ġie inawgurat ċentru tal-Medjazzjoni ġdid ġewwa l-Belt Valletta sabiex jassisti li ċittadin li ikun irid isolvi tilwim ċivili, kummerċjali jew industrijali u ma jkunx irrid jidħol l-Qorti.

Dan iċ-ċentru tal-Medjazzjoni  ġie stabbilit bl-iskop li jipprovdi forum fejn żewġ partijiet jew aktar jistgħu volontarjament jissottomettu flimkien talba għal medjazzjoni quddiem iċ-Ċentru.Fil-proċess, medjatur jaġixxi bħala terza  persuna mparzjali bl-għan li jiffaċilita n-negozjati bejn il-partijiet sabiex  jgħinhom isolvu t-tilwim tagħhom billi jilħqu ftehim volontarju u f’waqtu.

Dr Mark Attard Montalto, stqarr li l-medjazzjoni se jkollha ċentru speċifiku għaliha, hekk kif tul dawn l-aħħar snin kienet tagħmel parti miċ-Ċentru tal-Arbitraġġ. Huwa saħaq ukoll li tul dawn is-sentejn , iċ-ċentru tal-medjazzjoni ra riżultati pożittivi hekk kif bosta Maltin u Għawdxin qed jinqdew minn din is-sistema b’ġustizzja orħos u b’anqas dewmien.

“F’dawn l-aħħar sentejn, mill-medjazzjoni li kellna quddiem dan iċ-ċentru, qiegħed jara riżultati pożittivi ferm. Dan huwa grazzi tal-medjaturi li qed jagħmlu xogħol li huwa ta bilħaq tajjeb.”

Waqt il-ftuħ ta’ dan iċ-ċentru, il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis ħabbar li fil-jiem li ġejjin ser ikun qed jippubblika avviżi legali fejn se jiġi introdott il-proċess tal-medjazzjoni b’mod obbligatorju għal kwistjonijiet li jirrigwardaw kirjiet li ġew kostitwiti qabel l-aħħar ta’ Mejju tal-1995. Dan hekk kif s’issa, kull proċess ta’ medjazzjoni huwa fuq bażi volontarja.

“Dawk imsejħa l-antiki jew protetti , se nagħluhom proċess qabel ma imorru l-board ta’ medjazzjoni. Xi ifisser? Li l-partijiet jintalqgħu u jippruvaw, jekk ikun hemm xi problema fil-kirja isolvuha mingħajr ma jidħlu l-qorti. Xi jfisser għaċ-ċittadin? Inqas spejjeż, inqas dewmin u f’post li ninsabu fih, li huwa post illi jilqgħak , ‘il bogħod mil-Qorti fejn jirrenja il-buon sens u wieħed jista jinftiehem mingħajr ma joqgħod jidħol il-qorti.”

Wieħed jista’ jagħmel użu mis-sistema tal-medjazzjoni billi jidħol fuq is-sit uffiċjali tal-medjazzjoni f’pajjiżna, jimla l-formola u jagħżel medjatur. Il-formola tiġi rreġistrata u l-partijiet jirċievu notifika ta’ meta huma mitluba jattendu għas-seduta tal-medjazzjoni tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend