Is-swali taċ-ċinema fiċ-Ċina qegħdin f’riskju li jagħlqu għalkollox – One News

Notifiki

Is-swali taċ-ċinema fiċ-Ċina qegħdin f’riskju li jagħlqu għalkollox

Aktar minn 40% tas-swali taċ-ċinema fiċ-Ċina huma f’riskju li jieħdu daqqa pjuttost skoraġġjanti. Dan ħareġ minn rapport mill-Assoċjazzjoni tal-Films fiċ-Ċina. 

Minħabba li bosta swali kellhom jgħalqu b’mod temporanju matul din il-pandemija tal-Coronavirus, l-udjenza jaf issibha diffiċli tirritorna lura.

Miljuni ta’ Ċiniżi kellhom ċ-ċans li jerġgħu jsegwu diversi films online f’ambjent differenti mis-soltu grazzi għal għażla vasta ta’ films fuq servizz ta’ streaming.

B’nuqqas ta’ films kbar blockbuster fiż-żmien li ġej, eluf ta’ swali taċ-ċinema huma f’riskju li jagħlqu l-bibien tagħhom b’mod permanenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend