Raġel li weħel il-ħabs fuq ħruq ta’ karozza u tefa’ l-petrol fuq mara, se jara l-każ tiegħu jerġa’ jinstema’ minħabba teknikalità tal-Qorti.
Felice Delia ta’ 54 sena minn Wied il-Għajn f’Diċembru li għadda kien ġie kkundannat erba’ snin ħabs.
Delia appella, bl-Imħallef Aaron Bugeja kkunsidra dan l-appell bħala validu u bagħat il-każ lura fil-Qorti tal-Maġistrati.