Il-Pageant of the Seas se ssir fis-16 t’Awwissu – One News

Notifiki

Il-Pageant of the Seas se ssir fis-16 t’Awwissu

L-ikbar spettaklu li se jsir dan is-Sajf, Pageant of the Seas.

Dan ser jsir fil-Port il-Kbir fis-16 t’Awwissu.

Dan l-avveniment kbir fil-port naturali ta’ bejn il-Belt u l-Kottonera fost oħrajn se jixxandar fuq it-televiżjoni u se jkun qed jiġi organizzat skont id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-Produzzjoni fi ħdan l-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta Joanne Attard Mallia tkelmet dwar x’jikkonsisti dan l-ispettaklu bid-direzzjoni artistika ta’ Chris Baldwin. Fosthom hemm tlielaq minn dghajjes riċiklati, sehem ta’ dgħajjes tar-regatta u spettaklu finali bl-isem ta’ ‘Il-Mappa’.

Hija spjegat: “Din il-prestazzjoni se tinkludi korjografija fuq il-baħar, qisek żifna minn fuq l-baħar, minn sittin dgħajsa. 40 tal-qlugħ u 20 dgħajsa tal-pass, li imbagħad flimkien se joħolqu screen miexi għall-proġettazzjoni ta’ xogħol viżwali li qed jinħoloq minn Charlie Cauci.”

Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm iċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta Jason Micallef li tkellem dwar kif il-kapitali, għalkemm sofriet minħabba l-imxija tal-Covid-19 issa se tkun minn tal-ewwel li terġa’ timxi lejn in-normalità.

Is-Sur Micallef qal: “Dan huwa l-ikbar spettaklu kulturali li se jkolna f’pajjiżna għal din is-sena jgħinu mhux ftit biex din l-attività, biex dan l-qawmien ekonomiku soċjali iseħħ mil-ġdid fil-Belt Valletta.”

Il-Ministru għall-Kultura u Wirt Storiku Josè Herrera stqarr li l-kultura hija l-mezz ewlieni sabiex jkomplu l-attivitajiet, kif ukoll sservi bħala pjattaforma għar-riġenerazzjoni.

“Dan huwa investiment qawwi. Għandu parteċipazzjoni wiesgħa. Qed jinvolvi in-nies tal-lokal. Se jixxandar fuq it-televiżjoni u se jġib goodfeel factor. Ħa nibdew nuru bil-mod il-mod illi mexjin lejn in-normal”, sostna l-Ministru Herrera.

Intant fl-aħħar tal-Pageant of the Seas ser ikun hemm spettaklu tal-logħob tan-nar li mistenni jerġa’ jdawwal il-Port il-Kbir.

Bħalissa hemm miftuħa sejħa għall-parteċipanti li tagħlaq fid-29 ta’ Ġunju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend