Ġermaniż li jinsab il-ħabs ġie identifikat bħala suspettat fil-każ ta’ Madeleine McCann – One News

Notifiki

Ġermaniż li jinsab il-ħabs ġie identifikat bħala suspettat fil-każ ta’ Madeleine McCann

Ġermaniż li jinsab il-ħabs u li għandu 34 sena li jħobb jivvjaġġa madwar il-Portugall b’vann huwa fil-mira fl-investigazzjonijiet tal-Iscotland Yard’s fid-dawl tal-għajbien taċ-ċkejkna Madeleine McCann 13-il sena ilu.

Il-Pulizija jemmnu li dan ir-raġel, li jinsab il-ħabs b’rabta ma’ atti pedofli kien fl-istess akwati ta’ fejn tgħix McCann. Dak iż-żmien Madeleine McCann kellha biss 3 snin u dik l-aħħar darba li rawha.

Il-pulizija qed jappellaw għal kull min għandu xi informazzjoni rigward żewġ vetturi ta’ dan il-ħabsi.

Il-każ ta’ Madeleine McCann imur fil-lejl tat-3 ta’ Mejju tal-2007 meta ċ-ċkejkna għebet mill-appartament waqt f’riżort Portugiża  waqt li l-ġenituri tagħha kienu ma xi ħbieb f’stabbiliment fil-viċinanzi.

L-għajbin tagħha swiet lill-pulizija mal-11-il miljun sterlina u saret tfittxija madwar l-Ewropa kollha.

Iċ-ċkejkna McCann għadha identifikata bħala persuna mitlufa minħabba l-fatt li għad m’hemmx evidenza jekk għadhiex ħajja jew le

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Każ li ilu għaddej 13 il-sena u nvolva pulizija mill-ewropa kollha…..u hawn Malta ċerti bravi ħafna u ‘holier than thou’ (mingħalihom) jkunu jridu każ jissolva f’jumejn!! Għax kellna każ ta’ qtil li ssolva fi żmien sentejn bilkemm ma’ jridux jgħidu li dam!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend