Fl-Istati Uniti: Erba’ uffiċjali oħra akkużati bil-qtil ta’ George Floyd – One News

Notifiki

Fl-Istati Uniti: Erba’ uffiċjali oħra akkużati bil-qtil ta’ George Floyd

Ġew mħabbra akkużi ġodda kontra erba’ uffiċjali tal-pulizija oħra rigward il-mewt ta’ George Floyd f’Minneapolis. Dawn l-uffiċjali kienu preżenti waqt li Floyd kien qed jieħu l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu.

L-uffiċjal Derek Chauvin qed jiġi mixli b’omiċidju f’Qorti Amerikana.

It-tliet uffiċjali l-oħra qed jiġu akkużati b’kompliċità f’dan il-każ.

Il-mewt ta’ Floyd qajmet protesti kbar fl-Istati Uniti kontra r-razziżmu u qtil fuq persuni Amerikani u Afrikani.

Il-maġġoranza tad-demostrazzjonijiet f’dawn l-aħħar tmint ijiem kienu pjuttost paċifiċi iżda wħud kienu vjolenti tant li f’diversi bliet fl-Istati Uniti, in-nies ġew ordnati jibqgħu f’djarhom f’ċerti ħinijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend