BIL-FILMAT: Summer On The Move se jibda mit-13 ta’ Lulju – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Summer On The Move se jibda mit-13 ta’ Lulju

 

Il-programm Summer on the Move se jibda mit-13 ta’ Lulju bħalma kien ippjanat hekk kif mill-ewwel ta’ Lulju se jibda jsir it-taħriġ komplut għad-dixxiplini sportivi meqjusin bħala contact sport u mill-15 ta’ Lulju jibdew isiru l-kompetizzjonijiet għall-istess dixxiplini sportivi.

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima waqt konferenza stampa dwar it-tneħħija t’aktar miżuri b’rabta mal-isport.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta, Mark Cutajar, sostna li ħidmet l-organizzazzjoni kompliet b’ritmu mgħaġġel waqt iż-żmien tal-pandemija biex tadatta għas-sitwazzjoni.

“Bla dubju ta’ xejn ħa jerġa’ jibda kif dejjem kien ippjanat, fit-13 ta’ Lulju, se jkun hemm restrizzjonijiet però l-vantaġġ tagħha hija li l-faċilitajiet tagħna diġà bdew jagħmlu dawn it-tip ta’ restrizzjonijiet u jagħmluhom in practice, allura ħa tkun faċli għalina li l-ewwel nieħdu ħsieb is-sigurtà tat-tfal tagħna, nieħdu ħsieb il-kwoċis tagħna”

It-tlielaq fil-korsa taż-żwiemel se jirritornaw ukoll b’għaxar ġirjiet bejn it-3 ta’ Lulju u l-14 ta’ Awwissu.

“Kien hawn stennija kbira u fl-aħħar mill-aħħar issa hemm data biex in-nies jerġgħu jibdew iħarġu ż-żwiemel tagħhom ħalli come the 3rd of July jitlaq il-kampjonat tas-sajf. Kif għedt ukoll intilfu xi kompetizzjonijiet kawża tal-pandemija; ma saritx it-tazza l-kbira u ma sarx il-kampjonat tal-Le Trot tas-sajf, li huma żewġ avvenimenti prinċipali fil-kalendarju tat-trott lokali.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari sostna li saru diversi laqgħat mal-awtortitajiet u l-għaqdiet sportivi sabiex jitfassal pjan ħalli l-isport jerġa’ jiġi għan-normal.

“Wieħed ma jridx jinsa li pajjiżna għandu numru ta’ commitments anke internazzjonali u allura importanti li fuq livell internazzjonali jkollna l-atleti tagħna, li huma l-ambaxxaturi tagħna, illi jkollhom l-aqwa performance. Performance li tista’ tiġi biss permezz ta’ dan it-taħriġ u anke kompetizzjoni illi ttik dik l-aqwa kundizzjoni fiżika sabiex tikseb l-aqwa riżultati”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend