Ikompli l-każ tan-negozjant James Fenech – One News

Notifiki

Ikompli l-każ tan-negozjant James Fenech

Fil-Qorti kompla jinstema’ l-każ tan-negozjant James Fenech, hekk kif hu flimkien ma’ erba’ ħaddiema oħra tiegħu qed jiġu akkużati bi ksur ta’ sanzjonijiet ristrettivi li hemm fuq il-Libja.

Xehdet l-ispettur Lara Butters mis-sezzjoni tal-Immigrazzjoni. Spjegat kif fl-ewwel ta’ Lulju elfejn u dsatax kienet daħlet dgħajsa fil-port b’madwar 20 persuna li telqu mil-Libja.

L-ispettur Butters qalet li flimkien mal-ispettur Omar Zammit kienu marru jkellmu lill-ħaddiema barranin, fosthom Ingliżi, Amerikani u mill-Afrika t’Isfel.

Il-kumpanija ta’ James Fenech, Sovereign Charters bagħtet żewġ dgħajjes fil-Libja mingħajr l-awtorizzazjoni tal-bord tal-moniteraġġ tas-sanzjonijiet.

L-investigazzjonijiet f’dan il-każ qed jitmexxew mis-Supretendent George Cremona u l-Ispettur Omar Zammit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend